???????????????????????????????????? ????????????????‑????????????????ċ???????????????????????????????? ????????????‑???????????????????????????????? ????????????‑???????????????????????? Kif ukoll Dikjarazzjoni mill-Bord tal-Kulleġġ u r-Rettur ta San Albert il-Kbir Dwar il-Każ ta` Surmast Mario Mallia

Sibna dawn iż-żewġ stqarrijiet mill-Bord tal-Kulleġġ u tar-Rettur ta’ San Albert il-Kbir u ???????????????????????????????????? ????????????????‑????????????????ċ???????????????????????????????? ????????????‑???????????????????????????????? ????????????‑????????????????????????

Dikjarazzjoni mill-Bord tal-Kulleġġ u r-Rettur ta’ San Albert il-Kbir

“Il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir u r-Rettur jiċħdu kategorikament l-allegazzjonijiet infondati li bħalissa qed jiċċirkolaw pubblikament u li dehru fuq ċertu mezzi tal-xandir, jiġifieri li s-Sur Mario Mallia tkeċċa minħabba kwistjonijiet dwar policies tal-inklużjoni. Tali terminazzjoni tal-impjieg hija riżultat ta’ diversi kwistjonijiet maniġerjali u proċedurali li ilhom jinġemgħu, u li b’dispjaċir baqgħu ma ġewx risolti.
Għal bosta snin l-istess Provinċja Dumnikana Maltija sostniet finanzjarjament u b’diversi modi oħra l-operat tal-Kulleġġ, u dan anke fiż-żmien meta s-Sur Mallia kien surmast. Sa mit-twaqqif tiegħu 74 sena ilu, il-Kulleġġ kien diġà joffri edukazzjoni lil studenti minn kull oqsma tal-ħajja. Għal żmien twil il-Provinċja rat li tassisti familji u studenti li ma kellhomx mezzi biex iwettqu l-edukazzjoni ta’ wliedhom. Il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir dejjem kellu għal qalbu kull policy li ttejjeb il-ħajja tal-istudenti, tal-familji u tal-edukaturi kollha, inklużi policies ta’ inklussività li dejjem ħaddnet u li ser timbotta ’il quddiem fis-snin li ġejjin bl-istess viżjoni u perseveranza. Aħna nħossuna marbutin bi dmir, u l-Board jibqa’ kommess għall-għan ewlieni tiegħu li jiżgura l-edukazzjoni u l-benesseri ħolistiku ta’ kull persuna afdata lilu.
Fid-dawl ta’ dan, il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir iħoss li mhuwiex opportun li jiddiskuti fil-pubbliku dawn il-ħwejjeġ. Huwa lest li jagħmel dan fil-fora xierqa meta jkun il-waqt.
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija bil-liġi”.

???????????????????????????????????? ????????????????‑????????????????ċ???????????????????????????????? ????????????‑???????????????????????????????? ????????????‑???????????????????????? | ???????????????????????????????????? ???????? ???????????? ???????????????????????? ???????????????????????????? ????????????????????????????????????????????

???????? L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja (CSA) hi dispjaċuta li d-differenzi bejn il-Bord tat-Tmexxija tal-Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir u l-kap tal-istess kulleġġ, is-Sur Mario Mallia, ma ġewx riżolti u wasslu għat-tmiem tal-impjieg tas-Sur Mallia.

Mingħajr ma nidħlu fir-raġunijiet tat-tmiem tal-ħidma tas-Sur Mallia, l-Assoċjazzjoni tixtieq tirrikonoxxi l-kontribut siwi tiegħu għal inklużjoni ta’ diversi studenti u studenti minn realtajiet differenti. Is-Sur Mallia dejjem fittex modi ġodda kif jista’ jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ dawk inqas fortunati. L-Assoċjazzjoni tirringrazzja lis-Sur Mallia tal-kontribut kbir li ta għal ħafna snin sabiex l-iskejjel tal-Knisja jkomplu jagħtu aktar każ lil min hu batut.
L-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja temmen bis-sħiħ li l-iskejjel tal-Knisja għandhom jibqgħu jitmexxew permezz tal-ħidma flimkien tal-persuni lajċi u s-saċerdoti reliġjużi u djoċesani, hekk kif diġà jseħħ fil-maġġoranza tal-iskejjel tal-Knisja.
???????? The Church Schools Association (CSA) is saddened that the differences between the Board of Governors of St Albert the Great College and its Head, Mr Mario Mallia, could not be reconciled and led to the decision to end Mr Mallia’s tenure as Head of School.
Notwithstanding the reasons for the dismissal of Mr. Mallia, the Association wishes to acknowledge Mr. Mallia’s valid contribution to the educational inclusion of disadvantaged students and of students from different backgrounds. He has always been looking for ways to improve the position of those less fortunate. The Association thanks Mr. Mallia for his contribution to Church Schools over many years in caring for those less fortunate.
The Association of Church Schools strongly believes that Church Schools should continue to be led through the contribution of lay people and religious and diocesan priests together, as is the case in the majority of Church Schools.