39 arrestati b’konnessjoni mat-traffikar tal-immigranti fil-Kanal Ingliz

B’ Appoġġ mill-Eurojust u l-Europol, l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fi Franza, il-Ġermanja, il-Belġju, l-Olanda u r-Renju Unit irnexxilhom jwaqqfu netwerk kriminali suspettat li kien juża dgħajjes żgħar biex idaħħal sa 10,000 migrant tul il-Kanal Ingliż matul dawn l-aħħar 18-il xahar. Huwa maħsub li din hija l-akbar operazzjoni internazzjonali li qatt kienet immirata lejn il-traffikanti ta’ nies b’dgħajjes żgħar.
Waqt investigazzjoni, 39 suspettat ġew arrestati hekk kif bdiet it-tfittxija ‘l fuq minn ħamsin post. Is-sekwestri jinkludu 1,200 ġakketta tas-salvataġġ,150 dgħajsa, diversi eluf ta’ ewro fi flus kontanti, armi tan-nar u droga. L-operazzjoni kienet mmirata lejn il-mexxejja tan-netwerk kriminali, kif ukoll il-mezzi finanzjarji tagħha.

Din l-azzjoni kienet immirata lejn wieħed mill-aktar gruppi kriminali sinifikanti involuti fi traffikar ta’ migranti bejn il-Kanali.
L-investigazzjoni bdiet fi Franza fit-30 ta’ Novembru 2021, wara l-arrest ta’ 16-il suspettat. Huwa maħsub li l-grupp tal-kriminalità organizzata (OCG),fejn fost l-oħrajn iffaċilita t-traffikar ta’ ċittadini Vjetnamiżi minn Franza lejn ir-Renju Unit.
Is-suspettati kienu jiċċarġjaw bħala medja EUR 2,500 sa EUR 3,500 għal kull migrant, skond in-nazzjonalità tal-migrant, biex jiffaċilitaw it-trasferiment tagħhom tul il-Kanal Ingliż. Xi drabi, sa 15-il dgħajsa ġew innutati kważi fl-istess ħin.
L-Eurojust ħatret tim espert estensiv fil-qasam tat-traffikar tal-migranti, fejn l-Aġenzija s-sena l-oħra appoġġat 292 każ u 11-il tim ta’ investigazzjoni konġunta.