Bil-Filmat – Rebecca Paris dwar emendi IVF – Eks attriċi kif ukoll Omm ta’ tifel b’diżabilità.

Rebecca Paris kandidata tal ABBA għamlet filmat fuq il-midja soċjali fejn tkellmet dwar x’qed iweġġagħha f’din l-emenda tal-IVF u kif taraha hi stess min-naħa ta’ omm li għandha tifel bi bżonnijiet speċjali, u mhux b`referenza ta’ dak li qed jiġu kkunsidrati “difettużi”.
Hija tgħid li kummissjoni ta’ persuni b’diżabilità  ħargu litteralment jaqblu ma’ din l-emenda u għaliha din hija ta` weġgħa’ kbira, għar-raġuni li skont hija din il-kummissjoni għanda l-għan li tipproteġi lill-persuni b’diżabilità, u mhux issa f’daqqa qed jaqblu li jitneħħew l-embrijuni difettużi, fi kliemha din hija kontradizzjoni li mhix aċċettabbli.
Tikkritika wkoll dak li qalet l-Awtriċi Lara Calleja fejn qalet “Issa nista’ nikkunsidra li jkolli t-tfal” Rebecca qed ukoll tistaqsi jekk Lara tħossix difettuża?
Rebecca tkompli tgħid li dawk li qed isejħu embrijun difettuż qed iweġġgħuha ħafna għax tgħid li binha tiddeskriviħ bħala li għandhu ħila differenti u mhux difettuż.
Ara il-Filmat