5 Snin mill Era Tal-Covid19

Għaddew 5 snin minn meta d-dinja waqfet ħesrem għall ħafna nies li ġew maħkuma mill biża’ ta’ pandemija ġdida. Kien propju ix-xahar ta’ Marzu, tas-sena 2020, fejn ġew irrapurtati l-ewwel każijiet tal-Covid19 ġewwa pajjiżna. Bdew jingħalqu l-skejjel, u t-tagħlim spiċċa jsir onlajn. Kull ġurnata n-nies jistennew l-aġġornamenti fuq it-televisjoni sabiex jismgħu kemm il-każ ġie rrapurtat, ir-regolamenti u tibdil ġdid. Rajna bosta esperti jikkwotaw l-ECDC u japplikaw pieni jekk wieħed jmur kontra r-rakkomandazzjonijiet tagħhom.

Il-maġġor parti tal-pajjiżi madwar id-dinja japplikaw restrizzjonijiet, jgħalqu l-ajruporti, skejjel, stabbilimenti, avvenimeti. Kollox spiċċa nbidel mir-rutina ta’ kuljum.

Fi ftit xhur bdew jojoħorġu vaċċini ġodda. Vaċċini li qatt qabel ma kienu fis-suq tal-farmaċewtika. Dawn il-vaċċini, ġew approvati mill FDA u CDC għal użu ta’ emerġenza u li jistgħu jingħataw saħansitra lit-trabi ta’ 6 xhur.

B’reazzjoni għall-pandemija tal-COVID-19, diversi pajjiżi mplimentaw miżuri eżekuttivi biex jippromwovu vaċċinazzjoni  bil-għan li titnaqqas t-trasmissjoni tal-virus anke jekk ma kienx hemm studji biżżejjed li dawn il-vaċċini setgħu jagħmlu dan.

Malta implimentat sistema ta’ ċertifikat tal-vaċċin tal-COVID-19, li kienet teħtieġ lil individwi jippreżentaw prova tal-vaċċinazzjoni biex ikollhom aċċess għal diversi postijiet u servizzi.

Kienu l-bosta li pprotestaw għal din l-impożizzjoni li tmur kontra d-dritt tal-perusna li tagħżel jekk tridx jew le tieħu dan il-vaċċin li speċjalment kien għadu fi stadju daqshekk bikri.

Fost il-protesti li saru, kien hemm dawk indirizzati lejn il-benessere fit-tfal u l-miżuri tal-maskli. Hekk kif qorbot l-elezzjoni ġenerali ġewwa pajjiżna, bdew jiġu rilaxxati xi miżuri fosthom dik ta’ l-avvenimenti tal-massa. Dan qajjem kontroversja fil-ġenituri li bdew jistaqsu għalfejn uliedhom għadhom bil-maskli fil-klassijiet għal siegħat twal, filwaqt li fl-isetss ħin, laqgħat parlamentari, Mass meetings u avvenimenti oħra politiċi kienu tneħħew dawn ir-ristrizzjonijiet.

Għaddew ħames snin u l-Covid19 issa meqjusa bħala waħda staġġjonali u li ser tibqa’ magħna tul iż-żminijiet.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *