Il-prezzijiet tal-karta żdiedu b’50%.

Illum persuna li taħdem fil-qasam edukattiv qaltilna bil-problema ta’ żieda tal-prezzijiet fuq il-karta li tintuża għal printing. Dan wassal sabiex il-prezz ta’ photo copy issa żdied u ħafna ġenituri spiċċaw jilmentaw ma’ l-edukaturi fuq l-ammont li ried jiġi mħallas biex it-tfal kollhom in-noti meħtieġa. Apparti hekk għalliema li spiċċaw ħallsu minn buthom l-spejjeż tan-noti għaliex xi ġenituri ma setgħux jħallsu għalihom għall raġunijiet differenti.
PM News Malta tkellmu ma’ xi aġenti sabiex jiċċekjaw u waħda partikolari qaltilna li qed tkun diffiċli biex jsibu jixtru dawn il-karti u li kienu jiġu impurtati miċ-Ċina. Għaldaqstant jider li hemm kumpanija partikolari u li hija prominenti fil-pajjiż li qed jkolla dawn il-karti biex tkun tista’ tissuplixxi l-aġenti bi prezz aktar għoli minn tas sena l-oħra.
PM News Malta ser jkompli jinvestiga fuq dan ir-rigward.