Il-Partit ABBA jinsab infurmat b’ diżastru naturali kbir li seħħ fil-Libja.
Ġewwa Derna, il-binjiet fuq ix-xatt tal-wied ikkollasaw, kollha b’residenti ġewwa.
S’issa, in-numru ta’ mwiet laħaq it-3,000 u għad hemm ħafna nies neqsin. In-numru tal-imwiet mistenni jilħaq 10,000 ruħ
L-aħħar informazjoni li wasletilna mir-reġjun hija li Id-diga nfaqgħet b’ riżultat tal-maltemp,qalil u xita qawwija. Dan wassal biex l-ilma jfur b’forza distruttiva enormi u li qaccat il-bini, it-toroq u l-pontijiet kollha fi triqtu u tefagħhom fil-baħar.
5 distretti huma mġarrfa u distrutti.
Il-katavri għadhom fit-toroq sal-lum, minkejja li d-dfin qed jsir kollettivament. Dawk li qed jindifnu huma dokumentati mit-timijiet speċjalizzati, iżda n-numru kbir ta’ katavri mhux qed jintarfu. Mietu wkoll għadd kbir ta’ immigranti illegali li l-katavri tagħhom instabu gewwa l-bini mal-baħar waqt l-uragan.
Filwaqt li Partit ABBA joffri l-kondoljanzi tiegħu lill-familji li tilfu l-maħbubin, u lil dawk li issa huma bla dar, qedin insaqsu l-poplu Malti biex nitolbu għal dawk li li qedin isofru, u nħeġġeġ lill-gvern Malti biex joffri kull l-għajnuna possibli biex nghinu lill-ġirien tagħna jegħlbu dan il-kalvarju li jghaddu minnu u rridu nkunu ahna li nghamlu kemm nistaw biex nuru solidarjeta ta’vera fil-waqt tal-bzonn.