Illum, il-Partit ABBA ippreżenta kwerela lill-Pulizija ta’ Malta fejn talbithom jinvestigaw l-attivitajiet ta’ diversi attivisti favur l-abort ġewwa Malta fosthom Profs. Isabelle Stabile, Dr. Lara Dimitrijevic u Doctors for Choice.
Ivan Grech Mintoff, Kap tal-Partit ABBA stqarr: “Partit ABBA taħt it-tmexxija tiegħi diterminat u ser jibqa’ jiġġieled għall-ħajja mill konċepiment u għal kull tarbija fil-ġuf għax kull persuna għandha dritt fundamentali li tgħix u dan id-dritt huwa fuq kull dritt ieħor.
“Qabel l-elezzjoni rajna lill Robert Abela irrabjat għall Partit ABBA għax għamilna dak li hu d-dmir tiegħu u ressaqna rapport kontra nies li jippromwovu l-abort.
Issa l-ministru Fearne irid iressaq ‘emenda fil-liġi ta l-abort’ u b’hekk l-abort jista jiġi llegaliżżat.
Bernard Grech huwa sieket għal kollox quddiem din it-theddida ghal ħajja.
Dan kollu juri il-vera pożizzjoni tal-Gvern ta’ Robert Abela: pożizzjoni li tmur kontra ir-rieda tal-poplu Malti.” qal Grech Mintoff.
“Partit ABBA ħa direzzjoni totalment opposta min dik ta’ Robert Abela u ta’ Bernard Grech.
Bl-oppost, Ilum aħna ġejna hawn u ippreżentajna kwerela lill-pulizija u qegħdin ninsistu biex tinvestiga sinjali ċari ta’ attività kriminali minn nies perikolużi ħafna, li jridu jimponu l-abort fuq Malta.