ABBA – Iż-żagħżagħ u l-ġenerazzjonijiet futuri. Stedina għalikom ilkoll mil-Partit ABBA

Iż-żagħżagħ Maltin għaddejjin minn żmien ikraħ minħabba politika ħażina. Politika ta gideb, l-aġenda tal- ‘gender indorination’ u liberaliżmu sfrenat, li qed jgħamel ħafna ħsara lis-soċjetà Maltija.
Politika, li minflok teduka u tmexxi l-ispirazjonijiet tagħhom, qegħdha tħawwad liż-żagħżagħ Maltin b’tagħlim u direzjoni li jmorru kontra n-natura taghna, l-valuri, l-identita u l-kultura Maltija.
Politika, li minflok tinċentiva lill-ħaddiema żagħżagħ Maltin, tfassal pjan ekonomiku li bih ikomplu jimportaw ħaddiema barranin li lesti jaħdmu għal paga ridotta u fi stat ta sfruttament assolut.
Politikanti, li minflok iħarsu sabiex uliedna jkunu protetti, ikomplu jaħdmu fuq liġijiet li jwasslu għal aktar droga f’idejn it-tfal u ż-żagħżagħ Maltin.
”Jiena ddiżgustat bil-liġijiet li għaddew tul is-snin min gol-parlament Malti, fejn minflok id-droga tiġi kkundannata, id-droga ġiet legalizzata!
Minflok naqsu l-ammont fl-użu tad-droga, qed iżidu l-kwantita ta’ kemm wieħed jista’ jieħu jew jaħżen.
Dan kollu jagħmilha iktar faċli għal min jitraffika d-droga, biex jużaw nies ivvizzjati biex immexu id-droga f’isem it-traffikanti għax il-ligi l-ġdida mhux ser issib lil dawn l-ivvizzjati ħatja għax huma vittmi maqbuda f’nassa.”
Dan huwa genn u ta hsara kbira u jiena, flimkien mall Partit ABBA kommessa li naħdem sabiex nara ġenerazzjonijiet futuri li jemmnu f’politika nadifa li tirrapreżenta lilhom f’kull qasam tas-soċjetà u mhux tkissirhom.” sostna Ivan Grech Mintoff Kap ta-Partit ABBA kif ukoll Kandidat fl-elezjonijiet għal Parlament Ewropew.
Għaldaqstant, fl-isfond ta’ dan kollu, nixtiequ nistiednu liż-żagħżagħ Maltin sabiex jitħarrġu u jkunu huma stess fit tmun tat-tmexxija ta’ Pajjiżna.
Il-Partit ABBA flimkien ma’ Partit ABBA Youths qed jistiednu liż-żagħagħ Maltin għal programm Politiku internazzjonali ‘Christian Changemakers’ imqassam fuq Erbgħa xhur.
Dan jikkonsisti f’żewġ seminars ta ġurnata, wiehed ġewwa Strasburgu u l-iehor ġewwa Brussell u sezzjonijiet oħra ikunu online. Dan il-programm huwa sponsorjat mill Partit ABBA, ABBA Youths u European Christian Political Youths (ECPY).
Il-Programm huwa immirat biex ikollna Politikanti żagħżagħ ta’ fibra soda li ma jċedux għal forza liberali li ħonqot il-Parlamentari tagħna kif ukoll dawk Ewropew. Inħeġġu liż-żgħażagħ interresati biex jikkuntattjana u japplikaw fuq [email protected] sabiex flimkien naħdmu verament għal ġid tal-pajjiż.
Ħaddieħor jofrilkom kultura ta’ mewt u aktar drogi fl-idejn.
Imma Partit ABBA jofrilkom opportunitajiet ġodda fejn tistgħu timirħu sabiex tkunu inthom iż-żagħżagħ li tidderieġu l-pajjiż.”
Ivan Grech Mintoff
Kap Partit ABBA