ABBA jopponi l-Emenda Kostituzzjonali 52A

ABBA jopponi l-Emenda Kostituzzjonali

ABBA jopponi l-Emenda Kostituzzjonali reċenti tal-artikolu 52A u liġijiet oħra li huma diskriminatorji kontra kandidati tal-Partit ABBA u jiffavorixxu biss kandidati nisa li joħorġu għall-PL & PN.
“Għalhekk, l-elezzjonijiet li ġejjin mhux se jirriflettu x-xewqat tal-votanti u ABBA qed jitlob lill-Qorti biex tħassar l-imsemmi artikolu u kwalunkwe effett li jirriżulta minn kwalunkwe diskriminazzjoni.”-  Partit ABBA
Il-Mexxej tal-partit Ivan Grech Mintoff iddikjara: “L-ewwel il-kummissjoni elettorali ppruvat twaqqafna milli nikkontestaw f’din l-elezzjoni.  Wara ppruvat twaqqafna milli nidħlu fis-sala tal-għadd tal-voti waqt l-għadd tal-voti u hawn għandna sitwazzjoni fejn elezzjonijiet ‘ħielsa u ġusti’ u ‘rappreżentanza proporzjonali’ huma sostitwiti mill-PN u PL. Dawn jiddeċiedu huma min jirrapreżenta lill-poplu Malti abbażi tas-sess reġistrat tagħhom.”

“Jekk id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija għadhom jeżistu f’dan il-pajjiż, allura diskriminazzjoni sfaċċata bħal din trid tiġi miġġielda. Il-Partit ABBA huwa lest li jiġġieled għad-dritt tiegħek ta’ l-għażla demokratika ħielsa f’din l-elezzjoni u f’dawk futuri. Dan it-tip ta’ abbuż legalizzat għandu jintemm darba għal dejjem.”-Partit ABBA

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email : [email protected]