Il-poplu Malti ma jridtx li jkollu xejn x’jaqsam man-NATO jew ma’ xi kwalunkew alleanza militari oħra. Tant hu minnu, li vvutajna u fassalna artiklu partikulari fil-Kostituzzjoni tagħna (l-ogħla liġi tal-pajjiż) fejn hemm miktub:
”1.3 Malta hija stat newtrali li jrid attivament jilħaq il-paċi, is-siġurtà u l-progress soċjali fost in-nazzjonijiet kollha billi jħaddanpolitika ta’ non-allineament u jirrofta li jipparteċipa f’kull alleanza militari. “
Dan l-artiklu jipprojbixxi lill-gvern preżenti Malti (u gvernijiet futuri ukoll) milli jiffirmaw ftehim fi kwalunkwe forma ma’ kwalunkwe blokk militari.
Għalhekk, huwa tradiment assolut kemm tal-pajjiż, kemm tan-nies, kif ukoll tal-Partit Laburista nnifsu li ‘llum għandna ministri Laburisti, bhal Ian Borg, li flimkien mal-kontroparti tiegħu, Beppe Fenech Adami tal-PN, qedin jaħdmu biex il-gvern tagħna jiffirma il-famuż trattat skadut u anti-kostituzzjonali, il-“Partnership for Peace” tan-NATO, kif ukoll issa Borg stess jipproponi li Malta tingħaqad ukoll man-“NATO Parliamentary Assembly” ta’ din l-istess alleanza militari!
Ivan Grech Mintoff, Kap tal-Partit ABBA stqarr li l-”Official Statement” ddikjarata ta’ din l-Assemblea Parlamentari tan-NATO tghid li-membri taghha jiddiskutu u jinfluwenzaw deċiżjonijiet dwar is-sigurtà tal-Alleanza (tan-NATO).
“Din l-Assemblea tipprovdi pjattaforma għall-parlament tagħna u oħrajn biex “jinfluwenzaw” deċiżjonijiet f’oqsma rilevanti għal NATO kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll internazzjonali. B’mod aktar semplici, tfisser li l-membri parlamentari tghana f;din l-assemblea , jaħdmu biex dak li tkun trid in-NATO għas-sigurtà tagħhom, isseħħu fil livell nazjonali. F’ Malta!
Jeħtieġ li nfakkru lin-nies kif ukoll lil dawn ir-rappreżentanti tagħna, li n-NATO (permezz tal-konflitt fl’ Ukrajna) bħalissa tinsab fi gwerra mar-Russja….
Din il mossa- ta’ Ian Borg hija l-aħħar min sensiela ta’ disprezz totali u ksur ċar tal-ogħla liġi ta’ Malta (Il-Kostituzzjoni), mill-hekk imsejħa rappreżentanti tagħna. Il-Poplu Malti żgur li mhux ser joqgħod bi kwietu waqt li b’mod perfidu, u kontra r-rieda tiegħu, Ian Borg u Beppe Fenech Adami flimkien ma sħabhom jabbużaw aktar mil-poter mogħti lilhom u jdaħħluna f’iktar inkwiet li hadd minnha ma jrrid.
L-iffirmar biex Malta tipartecipa gewwa “Partnership for Peace” u n- “NATO Parliamentary Assembly” qed jigi kkunsidrat bhala att ta-tradiment ta’ Malta u huwa kontra r-rieda tal-poplu.
Għaldaqstant, il-Prim Ministru Robert Abela jrid jagħti każ ħafna u bs-serjetà xierqa ta’ xi jrid il-Poplu Malti Sovran. Dan il-ġenn u abbuż għandu jitwaqqaf minnufih għax inkella kollha kemm huma ser jinżammu responsabbli mill Poplu Malti, specjalment min Laburisti genwini li iktar min hadd iehor ma jablux ma ebda ftehim man-NATO. Żgur li ser jkun hemm ħafna iktar konsegwenzi koroħ pernezz ta’ din l-aħħar mossa mil-parlament Malti jekk l-iffirmar iseħħ!
Din ta l-ahhar, issa, hija it- “too much” u l-poplu Malti xeba min dawn li skandli kollha hergin mir raprezentanti taghna fil-parlament u li qedin ixexkklu lin-nazzjon tagħna.”