ABBA se jorganizza protesta nazzjonali bit-titlu “Leave our kids alone!” f’Jum l-Indipendenza

 

Wara li  2.5 miljun Ewro mit-taxxi tagħna intefqu fuq 10 ijiem ghal hekk imsejħa parati u wirjiet tal-Europride f’Malta, il-partit ABBA qed jorganizza protesta nazzjonali bit-titlu “Leave our kids alone!” f’Jum l-Indipendenza, nar il-Ħamis li ġej quddiem il-Parlament fl-4:30pm.
Is-Segretarju Ġenerali Simon Elmer stqarr: “Europride swielna 2.5 miljun Ewro mit-taxxa tagħna,  jiġifieri 250,000 Ewro kuljum, kuljum għal 10 ijiem sħaħ. ħafna shows ġew sempliċement ikkanċellati! Il-biċċa l-kbira tax-shows li saru,  attendewhom ftit nies wisq, b’udjenzi ta’ spiss bejn 30 u 100 ruħ biss. Fejn marru, eżattament,  kwart ta’ miljun ewro kuljum mil-flus tagħna u fuq xiex intefqu?”
Tania Gauci, li ġiet irrifjutata d-dħul għal show fejn drag queen kellha taqra xi stejjer lil tfal żgħar ħafna, stqarret: “Dan l-ispettaklu inkwetana ħafna. Kieku ma kienet qed issir ebda ħsara lit-tfal, għaliex l-MGRM iddiskriminat kontrina, irrifjutatna l-biljetti u waqqfitna milli nidħlu biex kemm naraw li ma kienx għaddej l-ebda grooming tat-tfal u/jew terapija ta’ konverżjoni illegali?”
Ivan Grech Mintoff: “Iktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar ġenituri qed jesprimu tħassib serju dwar l-indottrinament tal-ġeneri li qed jiġi mgħallem illegalment fl-iskejjel tagħna kontra x-xewqat, it-twemmin tal-ġenituri u mingħajr il-kunsens tagħhom minn qabel. Qed jaraw imġieba anormali f’uliedhom u jridu jidħlu biex jiddefendu d-drittijiet tal-ġenituri u d-drittijiet tat-tfal tagħhom ukoll. Anke l-komunita omosesswali nnifisha hija, fil-maġġoranza tagħha, kontra dak li qed jiġri lil dawn it-tfal fl-iskejjel tagħna. Dan l-abbuz serju verament irid jieqaf, minnifih.
Kull min hu mħasseb dwar dak li qed jiġri, għandu bla biża jingħaqad magħna nhar il-Ħamis u jagħmel stand xierqa u effettiva kontra dan l-abuz f’isem wliedna lkoll.”
Id-diskorsi se jibdew fl-4:30 pm. Il-kelliema se jirrappreżentaw diversi gruppi u sezzjonijiet tas-soċjetà tagħna li huma kollha kontra l-abbuż ta’ uliedna b’tali mod miftuħ.