“Impjant f’tal-Balal jagħmel ħajjet ir-residenti infern.” ADPD
“Kien għadu u jibqa’ inaċċettabbli li operaturi kummerċjali jiġu jaqgħu u jqumu mir-residenti u b’dik li tidher barka mill-awtoritajiet jibqgħu jagħmlu l-ħajja ta’ dawn ir-residenti infern lejl u nhar.” Dan qalu Carmel Cacopardo, Chairperson ta’ ADPD-The Green Party huwa u jindirizza konferenza stampa fil-limiti tal-Balal, San Ġwann is-Sibt.
Sandra Gauci, Deputat Segretarju Ġenerali (b’mod remot peress li qegħda fi kwarantina) qalet li ir-residenti tal-madwar ilhom snin jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet iżda dawn ma waslu imkien.
Madankollu, kien propju fl-aħħar ġurnata tal-kampanja elettorali, nhar il-Ħamis, 24 ta’ Marzu filgħaxija li dan l-impjant reġa ħa l-ħajja – b’kumbinazzjoni meta l-media kienet okkupata bl-aħħar attivitajiet tal-partiti kollha… u tard wisq għalina li nxandruha biex tiġi rrapurtata!
Mario Mallia, Deputat Chairperson qal li jidher li mhux b’kumbinazzjoni li wieħed mis-sidien ta’ dan l-impjant huwa canvasser ta’ ex-Ministru Laburista li joħroġ fuq it-8 Distrett.
Mario Mallia, Deputat Chairperson qal li jidher li mhux b’kumbinazzjoni li wieħed mis-sidien ta’ dan l-impjant huwa canvasser ta’ ex-Ministru Laburista li joħroġ fuq it-8 Distrett.
L-impunita’ li refgħet rasha f’pajjiżna u r-rabta mill-qrib bejn il-poter politiku u dak kummerċjali jidher li f’dan il-każ ukoll qegħda tirrenja fejn l-operaturi jidher li qegħdin jitħallew jagħmlu li jridu mingħajr l-ebda restrizzjonijiet.
Carmel Cacopardo, qal li r-residenti tal-madwar kienu ilhom jikkomunikaw mal-awtoritajiet rigward l-iskumdità li qiegħed joħloq lir-residenti tal-madwar l-impjant tal-Bitmac Ltd fil-limiti ta’ tal-Balal.
Dan jinkludi waqtiet ta’ irwejjaħ insapportabbli, kif ukoll tniġġis f’forma ta’ trab iswed meta r-rih ikun jaqbel.
Tul dawn l-aħħar xhur u għal jiem sħaħ, aħna ta’ ADPD żammejna dan l-impjant taħt osservazzjoni biex naraw eżattament x’inhu jiġri. Tul il-kampanja elettorali konna osservajna li kien ilu ma jopera bil-lejl. Filfatt konna fuq il-post diversi drabi matul il-ġimgħat li għaddew minħabba ilmenti li rċevejna minn residenti tal-Għargħur, Naxxar u l-Iklin.
Ir-residenti tal-madwar ilhom snin jiġbdu l-attenzjoni tal-awtoritajiet iżda dawn ma waslu imkien. “Kien għadu u jibqa’ inaċċettabbli li operaturi kummerċjali jiġu jaqgħu u jqumu mir-residenti u b’dik li tidher barka mill-awtoritajiet jibqgħu jagħmlu l-ħajja ta’ dawn ir-residenti infern lejl u nhar,” sostna Cacopardo.
L-ERA għandha tieħu l-inizjattuva bla iktar dewmien biex jiġu stallati filters immedjatament ħalli l-kwalità tal-arja fl-inħawi titjieb. Hu meħtieġ ukoll li jekk mhux possibbli li jkun hemm titjib fit-teknoloġija użata l-impjant jingħalaq immedjatament. “Il-kwalità tal-ħajja tan-nies għandha tingħata prijorità bil-fatti, mhux bil-paroli. Fil-ġranet li ġejjin se naraw x’passi nistgħu nieħdu dwar dan,” temm jgħid Cacopardo.
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]