Fl-aħħar post tiegħu l-Eks Kap Nazzjonalista Adrian Delia li hu l-kelliem għat-trasport f’isem il-Partit Nazzjonalista, fuq FaceBook attakka l-kummenti tal-ministru tat-trasport Aaron Farrugia dwar dak li qal f’intervista lit-Times of Malta dwar it-traffiku. Il-Ministru qal il-festi b’xi mod huma parti mir-raġuni li hemm ħafna toroq magħluqa specjalment fi tmiem il-ġimgħa. Farrugia qal ukoll li din hija parti mil-problema tat-traffiku u mhux biss l-infrastruttura tax-xogħol normali ta` kuljum. Hu żied jgħid li wieħed irid jagħżel jekk iridx il-festi li ilhom isiru għal dawn l-aħħar 50 – 60 sena jew le sabiex jitnaqqas it-traffiku.
Id-diskors tal-Ministru ħoloq diversi reazzjonijiet fuq il-midja soċjali b’ħafna nies jidħku bil-kumment tal-Ministru. Kien imiss ukoll l’Adrian Delia li jinnota u jikkummenta dwar dak li qal Farrugia. Delia ikkummenta fuq NETnews fejn qal li r-raġuni hija oħra dwar it-traffiku, hu rrimarka b’mod speċjali ż-żieda ta’ 45 vetturi ġodda li qed jinħarġu kuljum kif ukoll in-nuqqas ta’ immaniġjar ta’ kif isiru x-xogħolijiet.
Ghax il-purcissjonijiet u l-marci qed isiru bejn is-7.00 u 9.00 ta’ fil-ghodu, imbaghad bejn l-4.00 u 6.00 ta’ filghaxija. Hallina sur ministru. B’min trid tghaddi z-zmien?