Hekk kif ġie rrapurtat fuq il-mezzi tax-xandir Israelita , il-Forza tal-Ajru tal-Istati Uniti se sservi bħala forza komplementari, b’ajruplani li jagħtu il-fuel lill ajruplani bil-ġettijiet tal-ġlied Iżraeljani hekk kif jissimulaw li jidħlu fit-territorju Iranjan u jwettqu attakki ripetuti.
Il-kollaborazzjoni mill-ajru bla preċedent bejn l-Iżrael u l-Istati Uniti f’drill li jissimulula attakki fuq il-faċilitajiet nukleari tal-Iran titqies bħala messaġġ potenti lill-Iran minħabba negozjati li ilhom wieqfa fi Vjenna dwar ritorn għall-ftehim nukleari tal-2015, possibbiltà li Iżrael ripetutament esprima l-oġġezzjoni tiegħu għalih, u wissa li dan iwassal għal “Lvant Nofsani aktar vjolenti u aktar volatili.”