Aktar nies qed jilmentaw dwar l-inċident ta’ vandaliżmu fil-karozzi li seħħ il-bieraħ

Wara li l-bieraħ segwejna mill-qrib dak li ġara fejn persuna kissret mera tal-vettura tas-Sinjura Maruska Aquilina u ftit wara Persuna oħra tellgħet filmat fejn persuna tidher tkisser u vvandalizzat numru ta’ karozzi. Dalgħodu ltqajna ma’ post ta’ persuna oħra li fuq is-sit soċjali ta` “FaceBook”  tefgħet ritratt tal-persuna li allegatament wettaq l-att. Din hija l-Post tiegħu fuq “Facebook”.

Fejn Kiteb hekk:

⚠️AVVIS importanti min jaf li dan it turist helu jew persuna immur jamel raport lassa ta pulizija tal marsa please! Mal lejn ta sibt u hadd ghal habta ta 00.50am qamel xeba hsara u vendikazjoni fuq hafna karozzi ipparkjati fil marsa???? Niftakru fdawk in nies li biex xraw karozza kellom jissalbu.”