Id-Dipartiment għall-Effiċjenza Governattiva (DOGE) żvela li l-Aġenzija għall-Self tan-Negozji Żgħar (SBA) approvat self ta’ $100,000 lil tarbija ta’ disa’ xhur, u dan qajjem tħassib serju dwar il-proċessi ta’ verifika tal-aġenzija.
Elon Musk says DOGE uncovered $330 million in SBA loans to children under 11 years old:
“The youngest was a 9 month year old, who received a $100,000 loan.” pic.twitter.com/zKQ93KkGjJ
— DOGE NEWS- Department of Government Efficiency (@realdogeusa) March 25, 2025
L-investigazzjoni sabet li l-applikazzjoni għal dan is-self kien ibbażat fuq informazzjoni falza, u li dan kien elenkat lit-tarbija bl-isem ta’ “Kelly” bħala sid ta’ negozju fittizju. Minkejja dawn l-anomaliji ovvji, l-applikazzjoni ġiet approvata u l-fondi ġew rilaxxati. Fortunatament, il-flus li nsterqu ġew irkuprati, u issa qed jittieħdu passi legali kontra dawk involuti fil-frodi.
B’reazzjoni għal dan l-inċident u każijiet simili, DOGE introduċiet miżuri ġodda li jitolbu lil dawk li japplikaw għal self SBA biex jipprovdu d-data tat-twelid tagħhom. Applikazzjonijiet minn persuni taħt it-18-il sena jew ‘il fuq minn 120 sena issa se jkunu awtomatikament sospiżi biex jipprevjenu attivitajiet ta’ frodi.
Elon Musk, li kien ta’ sapport għall-inizjattivi ta’ DOGE, enfasizza l-importanza ta’ dawn il-bidliet billi qal: “Daqshekk self lit-trabi jew lil anzjani li l-eta’ tagħhom tkun wisq biex possibilment jkunu għadhom ħajjin (jiġifieri każijiet fejn numri tas-Sigurtà Soċjali jkunu misruqa).”
Dan l-iżvilupp wassal għal diskussjonijiet mifruxa dwar il-bżonn ta’ sorveljanza u verifika msaħħa fil-programmi ta’ self tal-gvern sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna finanzjarja tasal għand min tassew għandu bżonn.
As of Friday, @SBAgov now:
– Requires date of birth collection for all direct loan applications
– Pauses the direct loan process for those under 18 and above 120 years oldBasic sanity checks like these are initial steps towards minimizing fraud in government payment programs. https://t.co/PHCd4l6SPU pic.twitter.com/dPPnwqMBvD
— Department of Government Efficiency (@DOGE) March 24, 2025