Andrea, li għandha 16-il ġimgħa tqala, iddaħħlet l-isptar Mater Dei ġimgħa ilu wara li l-ilmijiet tagħha nkisru qabel iż-żmien u rriżulta li ma baqax fluwidu amniotiku ġewwa ġufha.
Skond dak li qalilna l-partner li t-tobba qalulhom li t-tarbija m’għandha l-ebda ċans li tgħix iżda għad hemm taħbit tal-qalb. Il-koppja qed titlob biex titwaqqaf it-tqala għax jibżgħu għas- saħħa ta’ Andrea. Iżda t-tobba qalu lill-koppja li ma jistgħu jagħmlu xejn sakemm ħajjitha ma tkunx f’periklu imminenti. Għalhekk il-koppja qed tistenna li l-fetu jmut filwaqt li qed jibżgħu li Andrea jista’ jkollha infezzjoni li tkun ta’ theddida għall-ħajja.
Ara l-intervista li kellna tard ilbieraħ ma'Jay Weeldreyer li huwa s-sieħeb ta' Andrea.
Aġġornament : Qed isiru arranġamenti biex Andrea tiġi trasferita lejn Spanja, fejn it-tobba jkunu jistgħu jtemmu t-tqala tagħha.