Arnold Cassola ħareġ Konforenza stampa fejn jgħid,
“Ilbieraħ sirna nafu li investigazzjoni interna fl-2015 mill-BOV dwar is-servizzi fiduċjarji konnessi mal-kumpanija tal-vapuri Deiulemar ma sabet l-ebda għemil ħażin mill-impjegati tal-bank.
Allura, jekk ma kien hemm l-ebda għemil ħażin min-naħa tal-impjegati, min fil-BOV kien għamel l-eżerċizzju tad-due diligence?
Min kien irrakkomanda li l-BOV tieħu f’idejha t-Trust fl-2009, meta qorti kriminali ta’ Ruma fl-2004 kienet diġà sabet li l-kumpanija Deiulemar ma kenitx iddikjarat responsabbiltà finanzjarja ta’ €700 miljun?
Għaliex dan ir-rapport intern ma kienx disponibbli għall-azzjonisti? Għaliex din is-segretezza kollha?
U jekk il-BOV qed jinsisti li “Importanti li wieħed jinnota li għandna każ solidu”, allura għaliex il-BOV instab ħati mill-qrati Taljani għal darb’oħra?
Ghaliex il-BOV tmellah ghal snin shah bix-shareholders meta kien jinsisti li kellu kaz sod?
Id-diretturi tal-imgħoddi u tal-lum ma jaħtu xejn?
Mhu ser jikkontribwixxu xejn għall-182 miljun ewro u għall-ispejjeż kbar tal-kawżi, li għamlu tajjeb għalihom ix-shareholders?
Bażikament, min fil-BOV se jerfa’ r-responsabbiltà għal din l-impriża diżastruża?” Arnold Cassola
Kandidat Indipendenti.
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email fuq [email protected]