Arnold Cassola-Id-demokrazija mżebilħa ta’ Malta

Arnold Cassola u t-tħassib tiegħu fuq id-demokrazija f’pajjiżna

Profs Cassola jgħid –

“Huwa imminenti.

  Se jikkooptjaw 6 kandidati Laburisti mhux eletti u 6 kandidati tal-PN mhux eletti fil-parlament.

    Il-PL kiseb 55% tal-voti u l-PN kiseb 41%.

    Iżda, x’jimpurtahom mill-proporzjonalità?

    Taw lilhom infushom 6 u 6 biex jiżguraw li jkollhom setgħa aktar b’saħħitha fuq il-parlament.

     Dan ser ikun l-ikbar disprezz għad-demokrazija.

 Mara mhux tal-PLPN, Sandra Gauci, kisbet aktar voti minn mara Laburista li qed tiġi co-opted.

        Sandra Gauci gabet aktar voti minn Davina Sammut Hili tal-Labour, iżda qed titkeċċa grazzi għall-mekkaniżmu pervers li ħolqu huma stess, biex minflokha jtellghu n-numru 13 laburista.

       U mbagħad kandidata tal-PN, Janice Chetcuti, timmanipola l-mekkaniżmu suppost korrettiv u tilgħab bis-sistema sabiex tiżgura li l-kollega raġel tagħha tal-PN jiġi elett…a skapitu ta’ mara.

      Ir-rieda tal-elettorat qed tiġi rispettata? Dana ġust? Din hija d-demokrazija?

     U xi nghidu ghall-kandidati ADPD u indipendenti, bhali, li proporzjonalment gabu aktar voti minn dawk ko-optjati? Ghaliex il-mekkaniżmi ta’ proporzjonalita’ introdotti minn PL u PN dejjem jinjoraw ir-rieda ta’ votanti mhux PN u PL? Mekkanizmi ghall-proporzjonalita’ ghandhom ikunu tabilhaqq proporzjonali u jghoddu ghal kulhadd.

     Il-qofol tal-kwistjoni hu li l-liġi mhux veru qed tagħti raġġreżentanza lin-nisa skont ir-rieda tal-poplu.

      Dan hu l-istat tad-demokrazija f’Malta.”

 

  Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]