Għeriexem: “Kif Ian Borg u Frederick Azzopardi qarrqu bir-residenti. Jittrattawhom ta’ żibel “-
Arnold Cassola – Kandidat Indipendenti.
Dan li ġej huwa resume’ ta’ kif residenti li jgħixu qrib il-proġett ta’ Gheriexem fir-Rabat ġew ingannati mill-Ministru Ian Borg u Frederick Azzopardi ta’ Infrastructure Malta.
Hemm bejn 10 u 20 residenza u garaxxiiet effettwati minn dawn ix-xogħlijiet.Numru ta’ residenti jiċħdu l-istqarrija ta’ Infrastucture Malta.
“Kellna xquq irqaq biss qabel ma l-proġett Belvedere qered djarna, u ma kellna l-ebda ħsarat sinifikanti. Issa, il-Belvedere fil-fatt għamel djarna perikolui għall-aħħar”, jgħidu r-residenti. Dawn it-tnejn illum huma magħrufa għall-qerda tal-pajsaġġ Malti, għall-mod kif jaqilgħu mill-għeruq is-siġar, u kif kissru propjetà privata mingħajr ma nfurmaw lis-sidien.“Mhux biss qerdu r-residenzi tan-nies, iżda issa ħolqu sitwazzjoni fejn “Triq Ġilormu Dingli qed tiġġarraf u marret għall-agħar b’dan il-proġett. Ma jridux jieħdu azzjoni. Nefqu 4 miljuni u speċifikament injoraw it-triq apposta”. U madankollu jirnexxilhom jeħilsuha b’din l-impunità kollha. U issa dan. Minħabba dawn iż-żewġ bulldozers arroganti, in-nies ma jistgħux jibqgħu jgħixu b’mod sigur fi djarhom.
L-aħħar kumment tar-residenti huwa: “Infrastructure Malta għamlet ħsara lill-propjetajiet tagħna. Għandna kuntratt magħhom jgħid li għandhom isewwu kull ħsara kkawżata mir-Rabat Belvedere. Minflok, jinsistu li diġà kellna ħsarat bħal dawn, li hija gidba sħiħa” . Jiena, m’għandix dubju: Ian Borg u Frederick huma giddieba u biċċiera ppruvati tan-natura u tal-propjetajiet privati tan-nies. Jien kwadru mimli wara r-residenti”.
Arnold Cassola-Kandidat Indipendenti
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]