Dan li ġie irrappurtat fuq il-pagna ta` Facebook ta` “Doctors for Choice Malta”
“Sfortunatament, ftit wara li ġiet intervistata mit-Times of Malta, Prof Isabel Stabile ġiet aggredita fiżikament minn mara.
Ġie preżentat rapport tal-pulizija u tlabna biex min wettaq ir-reat jiġi mħarek. B’xorti tajba, Prof Stabile ma sofrit l-ebda ġrieħi.
Sostnew li hemm bzonn li Nieħdu inċidenti bħal dawn bis-serjetà kbira biex nipproteġu lill-attivisti tagħna.
Minn issa ‘l quddiem, se nkunu qed nipprovdu lill-attivisti tagħna body cams sabiex ikunu jistgħu jirreġistraw aħjar inċidenti bħal dawn fil-futur.
Ghandu ikun hemm tolleranza żero għall-imġieba vjolenti u se nirrappurtaw l-inċidenti kollha bħal dawn lill-pulizija u nitolbu prosekuzzjoni kriminali”.