ATTIVITAJIET TAL-ĠIMGĦA MQADDSA FIL-MARSA

Il-Pageant Group Marija Reġina tal-Marsa ser itellha Pageant fit-toroq taż-żewġ parroċċi tal-Marsa lil bidu tiegħu jibda fil-5pm bi ħruġ mill-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina fit-Triq Nerik Sacco l-Marsa.

Il-bidu ta’ dan l-Pageant jibda billi naraw ġrajjiet mill-ħajja ta’ Kristu fosthom t-tħul ta’ Ħadd il-Palm u dan jkun segwit bil-parata tas-suldati rumani u l-Kundanna għal mewt ta’ Sidna Ġesu Kristu.

Matul dan l-Pageant ser nkunu qed naraw ukoll għadd ta’ personaġġi mit-testment l-ġid u l-antik li bil-vestwarju tagħhom ser isebħu t-toroq Marsin u jdaħluna aktar fl-atmosfera tal-Ġimgħa Mqaddsa.

Apparti dan fit-tmien ta’ din il-purċissjoni, l-Group ser jkun qed jtellha rapprezentazzjoni tat-Tisliba li tinkludi l-mewt u l-qawmien ta’ Kristu fit-Triq Azzopardi l-Marsa probju quddiem id-Dar Parrokkjali.

Ma’ għadd kbir ta’ personaġġi li jammonata għal madwar 350 ruħ ser jieħdu sehem ukoll l-1st Marsa Scouts Group, l-Banda Rumana kif ukoll iż-żewġ baned Marsin dik ta’ Marija Reġina kif ukoll tat-Trinita Qaddisa.

Ta’ minn isemmi ukoll li din is-sena dan il-Pageant ser jkun qed jagħlaq 55 sena mit-twaqqif tiegħu lura fl-1970, dan jimmarka l-ewwel Pageant tax-xorta tiegħu fit-toroq Maltin f’ dawk iż-żminijiet.

CREATIO – Wirja Artistika b’ xogħol maħdum bil-melħ ikkulurit

Apparti l-Pageant, l-Group jtellha Wirja Artistika tax-xorta tagħha ġewwa Malta. Din il-Wirja tikkonsisti f’ xogħol bil-melħ fuq platti u nkwatri fejn juru simboli u pitturi relatati mal-Gimgħa Mqaddsa.

Din il-Wirja tista tigi apprezata fis-Sala ‘Marija Reġina’ li tinsab quddiem l-Knisja Parrokkjali ta’ Marija Reġina ġewwa Triq Nerik Sacco l-Marsa. Mis-6 t’ April sa nhar il-Ġimgħa il-Kbira.

Aktar dettalji rigward iż-żewġ attivitajiet lil Group itellha jistaw jinstabu fuq il-paġna soċjali tal-Group – https://www.facebook.com/MarsaPageant/