Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba żbroff tad-drenaġġ bejn C30 Concrete patch fit-tmiem tal-mogħdija bejn Suncrest u Qawra Palace Hotel (quddiem Triq ir-Rizzi) u C31 Quay Cens tal-Gebel quddiem id-dar imsemmija Summer place. Tabelli li jindikaw dan l-għeluq ġew imwaħħla fiż-żona kif indikat fil-mappa annessa. Bħala prekawzjoni u sakemm jitneħħa l-inkonvenjent mhux rakkomandat li jsir għawm f’din iż-żona. L-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tal-istess direttorat rigward din il-problema għadhom għaddejjin.
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:30 ta’ filgħodu sat-3:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected], [email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.