Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi artiklu li jiġi f’kuntatt mal-ikel m’għandux jintuża minħabba li nstab li jista’ jkun hemm migrazzjoni ta’ Primary Aromatic Amines waqt l-użu.
Primary Aromatic Amines huma sustanzi kimiċi li jistgħu jemigraw fl-ikel minn oġġetti li jintużaw f’kuntatt mal-ikel (speċjalment dawk l-oġġetti li huma magħmulin minn plastik iswed). Dawn is-sustanzi jistgħu jkunu ta’ riskju għas-saħħa.
Deskrizzjoni tal-oġġett: | Tongs (23cm Grande) |
Dittà: | Ambition |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected].
Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/ pages/Environmental-Health- Directorate-Malta/ 145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister. gov.mt/en/environmental/Pages/ Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.