Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilita` ta’ preżenza ta’ Tropane Alkaloids.
Tropane Alkaloids huma tossini naturali li jinstabu f’ċertu speċi ta’ pjanti. Effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa tal-bniedem jistgħu jinkludu: tibdil fir-rata tat-taħbit tal-qalb, uġigħ ta’ ras, sturdament u dardir. Kontaminazzjoni fl-ikel tista’ tiġi kkawżata meta partijiet minn dawn il-pjanti (l-iktar iż-żerriegħa) jiġu maħsuda bla ħsieb mill-uċuħ agrikoli.