Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika javża li sakemm joħroġ avviż ieħor mhux rakkomandat li jsir għawm minħabba kontaminazzjoni mikrobijoloġika li affettwat il-kwalità tal-ilma baħar u qed tippreżenta riskju għas-saħħa tal-għawwiema, kif indikat:
Malta – Balluta (Madwar il-klabb tal-Waterpolo), Sliema (Kodiċi tas-Sit B 08).
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lid-Direttorat Għas-Saħħa Ambjentali fuq in-numru tat-telefon – 2133 7333 mis-7:00 ta’ filgħodu sat-3:00 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected], [email protected] u [email protected]. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab Continental Business Centre, Triq il-Ferrovija, Santa Venera.
Il-pubbliku jista’ wkoll iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook
http://www.facebook.com/pages/ Environmental-Health- Directorate-Malta/ 145027878928626 jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister. gov.mt/en/environmental/ Health-Inspectorate/WRAU/ Pages/Bathing-Water-Press- Releases.aspx għal informazzjoni simili.