B’referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR221026, datata 01/08/2022, u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni ġdida li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, kif ukoll mingħand il-kummerċjant involut, l-imsemmijin prodotti m’għandomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilità ta’ preżenza ta’ Tropane Alkaloids.
Tropane Alkaloids huma tossini naturali li jinstabu f’ċertu speċi ta’ pjanti. Effetti mhux mixtieqa fuq is-saħħa tal-bniedem jistgħu jinkludu: tibdil fir-rata tat-taħbit tal-qalb, uġiegħ ta’ ras, sturdament u dardir. Kontaminazzjoni fl-ikel tista tiġi kkawżata meta partijiet minn dawn il-pjanti (l-iktar iż-żerriegħa) jiġu maħsuda bla ħsieb mal-uċuħ agrikoli.
Isem tal-prodott fuq il-pakkett: | Bio Organic Tortilla Chips (Naturel) | | | | |
Ditta: | Trafo | | | | |
Piż: | 200g | | | | |
Dati tad-durabbiltà (minn u sa, iż-żewġ dati inklużi): | 15/08/2022 – 09/01/2023 | | | | |