AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI

B’referenza għall-istqarrija numru PR220934, datata 09/07/2022 u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni ġdida li rċieva mis-Sistema Rapida ta Twissija dwar l-Ikel u l-Ghalf, l-imsemmijin prodotti ma għandomx jiġu kkunsmati minħabba l-possibilità ta’ kontaminazzjoni bi traċċi ta’ Ethylene oxide (pestiċida)

 

Deskrizzjoni tal-prodott:Ice cream – Macadamia nut brittle
Ditta:Häagen-Dazs
Piżijiet:460ml
Dati tad-Durabbilita`:04/04/2023

15/04/2023

a.jpg

Deskrizzjoni tal-prodott:Ice-cream – Vanilla
Ditta:Häagen-Dazs
Piżijiet:460ml u 95ml
Dati tad-Durabbilita`:Id-dati kollha sa’ u nkluż l-21/05/2023

b.jpg.png

 

Deskrizzjoni tal-prodott:Ice cream – Belgian Chocolate
Ditta:Häagen-Dazs
Piżijiet:460ml
Dati tad-Durabbilita`:30/03/2023

c.jpg

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.