Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika jixtieq jinforma lill-pubbliku li wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minn persuni allerġiċi jew intolleranti għall-glutina, minħabba li nstab li potenzjalment fih glutina li mhijiex iddikjarata. Dan minħabba żball fil-produzzjoni fejn prodott ieħor tal-ikel ġie ttikettjat bit-tabella tas-soppa.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Organic Spicy Lentil Soup |
Dittà: | Suma |
Lott: | 0300/01-21 |
Użin: | 400g |
Data tad-durabbilità: | Ottubru 2023 |