F’dawn il-jiem speċjali ta’ ferħ u ħbiberija, PMNews Malta jixtieq jawgura Milied it-Tajjeb u Sena Ġdida mimlija paċi, mħabba, u suċċess lil kulħadd.
Minn qalbna nixtiequ nirringrazzjaw lilkom, il-qarrejja u s-segwaċi tagħna, talli kontu parti mill-vjaġġ tagħna matul din is-sena. Grazzi lil dawk kollha li isegwu din il-gazzetta, kif ukoll lil dawk li jisimgħu l-podcasts, isegwu l-programmi, u jaraw it-TikToks tal-kanal tagħna. Il-fedeltà tagħkom tagħmilna aktar determinati biex inkomplu naqdu l-missjoni tagħna b’aktar ħeġġa.
Filwaqt li nixtiequ lilkom u lill-familji tagħkom ħinijiet sbieħ, niftakru wkoll f’dawk li qed jgħixu f’diffikultà, sabiex kulħadd isib tama u serħan f’dan iż-żmien qaddis.
Awguri minn PMNews Malta – għax l-aħbarijiet qiegħdin għalik! U l-kumplament tas-sena mill-isbaħ!
