Bil-filmat-“Bħala politiku ma nistgħax nagħlaq għajnejja bħall li kieku qisu m’hu jiġri xejn” Ivan Bartolo

Waqt intervista ta’ PM News Malta mal-membru parlamentari l-Onor. Ivan Bartolo, Bartolo jgħid li hu jaqbel ma’ l-IVF iżda ma jaqbilx ma l-emenda li saret li permezz ta’ din l-emenda mijiet ta’ embrijuni ser jispiċċaw iffriżati u ma jkollomx opportunita’ għall ħajja. Huwa żied jgħid li mill aspett morali jaqbel mal-ħajja mill-konċepiment.
Meta kien mistoqsi x’inhi l-pożizzjoni tiegħu rigward l-abort Bartolo qal li l-Partit Nazzjonalista skond l-istatut sal-llum hu favur il-ħajja u jekk xi darba dan jinbidel hu ma jħossux aktar komdu fil-partit. Bartolo qal li għalkemm hu politiku ma jistgħax ma jitkellimx u jaqsam l-ħsibijiet tiegħu rigward il-ħsara li jġib miegħu l-abort b’mod psikoloġiku għall dik il-mara li tkun għaddiet minn din l-esperjenza.
Segwu l-intervista fil-filmat.

One thought on “Bil-filmat-“Bħala politiku ma nistgħax nagħlaq għajnejja bħall li kieku qisu m’hu jiġri xejn” Ivan Bartolo

  1. “jekk xi darba dan jinbidel hu ma jħossux aktar komdu fil-partit.” Jien diga mhux qed inhossni komdu fil-partit rigward dik il-parti ta’ l-iffrizar ta’ l-Embrijuni Umani.

Comments are closed.