Bil-Filmat-Grupp ta’ residenti Imtarfin jipprotestaw quddiem il-Kunsill Lokali

Grupp ta’ residenti Imtarfin jipprotestaw quddiem il-Kunsill Lokali ta’ l-Imtarfa minħabba l-proġett ta’ bini għall- Faċilità Korrettiva li hu maħsub li jiġi mtella’ ġewwa l-lokalita’ ta’ l-Imtarfa.
Meta l-Ministru għall-Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, il-Familja u Drittijiet tat-Tfal l-Onor. Michael Falzon ġie mistoqsi x’inhi l-pożizzjoni tas-Sindku, il-Ministru wieġeb li hu ma jitkellimx għas-Sindku.
Bħalissa għaddejja ukoll petizzjoni minħabba dan il-proġett mfassal fuq skala ta’ 15-il-tomna art faċċata tat-torri ta’ l-arloġġ fl-Imtarfa.