Bil-filmat- Ħanut fil-Mosta jispiċċa mgħerreq bl-ilmijiet tax-xita kaġun ta’ xogħolijiet preċedenti

F’Mejju kien ittella artiklu fuq Times of Malta fejn il-koppja Chris u Carmen Spiteri Cremona stqarrew ma’ l-istess gażżetta (ToM) rigward ħsarat li ġarrfu minnħabba xogħlijiet li saru ġewwa l-Mosta u kif dan ix-xogħol affetwa l-buisness tagħhom. Il-koppja Spiteri Cremona fetħu protest ġudizzjarju kontra l-kunsill lokali tal-Mosta, Infrastructure Malta, Transport Malta, u Carmel Vella Ltd, il-kumpanija li kienet responsabbli mix-xogħlijiet fit-toroq.
Bix-xita li għamlet illum ħanut ieħor ġewwa l-istess żona, Triq il-Kbira, L-Mosta fejn saru dawn ix-xogħlijiet kellu jbati konsegwenzi ferm koroh. Sid il-ħanut ikkuntatja lill PMnews Malta fejn spjegha li t-tappieri li kien hemm ġo din it-triq ġew mgħottija bil-konkos. Kaġun ta’ dan spiċċa far id-drenaġġ u daħlu l’ilmijiet ġo dan l-stabbiliment fejn saħansitra kienet ta’ diffikulta’ għall pumpiera biex jwettqu l-ħidma tagħhom.
Sid il-ħanut qalilna li l-ilma għadu dieħel s’issa (s-sebgħa ta’ filgħaxija) u jinsab iddisprat fis-sitwazzjoni li spiċċa fiha minħabba negliġenza ta’ ħaddieħor.
Segwi l-filmat