BIL-FILMAT – Il-Ġibjun (Ċisterna) ta’ Pembroke.

@short.pods.malta #pembrokemalta #pembroke #pembrokelocalcouncil #maltaislandlife #maltaisland???????? #islandmalta???????? #islandmalta???????? #islandmalta #conradneilgatt #cngtrekventures #ġibjun #tiktokmalta #tiktokmalta???????? #tiktokmalta_europe #tiktokmalta???????????????? #maltatiktok #maltatiktokers #maltatiktok???????? #maltatiktoks #maltatiktok???? #malta #newsbookmalta #timesofmalta #lovinmalta???????? #lovinmalta @PNM MALTA @pmnewsmalta ♬ Magic Glockenspiel – DOMANSED

 

Ritratti - Credit CNGFOTOGRAPHY

Wara li xxandret il-Podcast minn Short Pods Malta nhar il-Ġimgħa li għadda, fuq il-pjattaformi tal-media soċjali, fejn ġie diskuss il-Wirt Storiku f’pajjiżna, flimkien ma’ l-esploratur Conrad Neil Gatt, Steven Mallia li huwa riċerkatur fejn tidħol il-ħażna tal-ilma f’pajjiżna, u kif ukoll ma’ l-Perit Edward Said li ħadem ħafna fil-qasam tal-konservazzjoni tal-Wirt Storiku f’pajjiżna, fejn ġew diskussi diversi siti storiċi, fosthom il-ġibjun f’Pembroke, li jinsab fuq art fejn hemm approvazzjoni mil-awtorita’ tal-Ippjanar biex issir l-Ambaxxata Ciniza, u li huwa maħsub li dan il-ġibjun, saħansitra imur lura għal żmien il-Kavallieri. PM News Malta kompla jipprova jinvestiga dan il-każ billi jindaga aktar rigward dan is-sit f’Pembroke.

Ippruvajna nixtru kopja tar-rapport tad-deċiżjoni li ttieħdet mil-‘case officer’, minn fuq is-sit tal-awtorita’ tal-ippjanar, iżda għal xi raġuni s-sistema ma’ ħallitniex ngħamlu dan. In-numru tal-permess relatat ma’ dan is-sit huwa PA/09786/19 fejn jindika u japprova li ser isir skavar u bini fuq dan is-sit, u għalhekk dan il-Wirt Storiku jinsab mgħedded.

Short Pods Malta tellgħet ukoll petizzjoni fuq is-sit, change.org ,biex jiġu salvati żewg siti storici partikolari, u ta’ importanza storika kbira, fosthom dan il-ġibjun ġewwa Pembroke, li jinsab fi Triq Suffolk, propju ftit passi bogħod minn ‘Australia Hall’, fejn għal dan is-sit ukoll hemm applikazzjoni pendenti għal bini ta’ blokok, ta’ appartamenti u li d-deċiżjoni mistennija tiġi mresqa għall-approvazzjoni aktar il-quddiem.

Dan is-sit huwa infurmat li s-Sindku ta’ Pembroke, għamel kuntatt mat-tim ta’ Short Pods Malta, kif ukoll ma’ wieħed mil-mistiedna fuq il-podata, Conrad Neil Gatt, fejn informa li ser ikun qiegħed jerġa jibgħat notifika lis-Sovritendenza tal-Wirt Kulturali, wara li diġa għamel dan disa’ xhur ilu, iżda baqgħa mingħajr tweġiba sal-lum.

Dan is-sit isaqsi – Għaliex dan id-dewmien biex tittieħed azzjoni? Għaliex ma nistgħux innizlu u nixtru koppja tar-rapport tal-‘case officer’ rigward dan il-proġett, meta suppost huwa wieħed pubbliku?

 

Chinese Embassy Minutes Chinese Embassy Minutes