@pmn_maltaEpisodju 67 ta’ ‘Il-Politiku,’ mistieden Onor. Ivan Bartolo PN, MP. Għal dawk li jixtiequ jaraw il-filmat, tista’ ssegwi l-episodju sħiħ illum fuq Patreon ta’ PMN Malta, jew b’xejn minn nhar it-Tnejn, 21 ta’ Ottubru, fuq il-kanal ta’ PMN Malta fuq YouTube fis-20:30.♬ original sound – PNM MALTA
Fix-xandira ta’ nhar it-Tnejn li ġej, 21 ta’ Ottubru, fuq il-kanal YouTube ta’ MN Malta
Fl-episodju li jmiss tal-programm politiku “IL-Politiku,” li ippreżentata minn Malcolm Seychell li se jixxandar nhar it-Tnejn, 21 ta’ Ottubru, l-Onor, Ivan Bartolo, Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista (PN), afferma b’saħħa l-pożizzjoni tiegħu kontra l-abort. Bartolo qal li jekk il-poplu tefgħu fil-Parlament, dan ġara minħabba l-valuri fundamentali tiegħu. Wieħed minn dawk il-valuri huwa l-oppożizzjoni tiegħu għall-abort.
Waqt il-programm, Bartolo enfasizza li jekk qatt il-Partit Nazzjonalista jappoġġja l-abort fil-futur, hu jkun lesti anki jitlaq mill-partit. Huwa tenna li dejjem jagħżel li jżomm mal-prinċipji tiegħu qabel kull lealtà politika, anke jekk dan jiġi bi prezz għoli personali. Madankollu, huwa ċċara li bħalissa jħossu komdu fil-Partit Nazzjonalista, peress li l-pożizzjoni tal-partit hija kontra l-abort.
Għal dawk li jixtiequ jaraw il-programm qabel nhar it-Tnejn, jistgħu jagħmlu dan billi jakkwistaw l-aċċess minn qabel fuq il-Patreon ta’ PMN Malta