Fl-aħħar filmat tagħha, il-kandidat prospettiv tal-ADPD għall-Parlament Ewropew ħarġet tikkritika lill-President ta’ Malta George Vella, Sejħitlu “Georgy tagħna” u qalet li l-President qed jikser il-kostituzzjoni u ma jridx jiffirma il-liġi tal-IVF, qaltlu li għandu problemi ta’ kuxjenza li huma 66 elf u talbitu ukoll biex jirriżenja la issa aġixxa ta’ paladin ta’ “ċelluli” ( hawn kienet qed tirreferi għal embrijoni) żiedet tgħid li ma għandux jistenna lill-aġent president jiffirma floku, qaltlu ukoll biex jitlaq ma’ dinosawri politiċi l-oħra biex forsi ikollna xi ħadd sura floku.
Sandra Gauci, li ddikjarat diversi drabi li hija favur l-abort, għalkemm hemm ftit konfużjoni bejn dak li tattendi għall-protesti għalih u dak li qed jgħid il-partit ADPD, għax il-partit ADPD jaqbel biss ma’ 3 stanzi u ma’ jaqbilx mal-abort “across the board” hawn jidher ċar li ma jaqblux max-xewqat kollha tal-“pro-choice” jew dawk aktar estremi “My Body my choice” iżda hija dehret ukoll fi protesti ma’ nies bil-kartelluni ta’ dawn l-għaqdiet.
PmnewsMalta pprova jistaqsi lir-rappreżentanti tal-partit ADPD biex nagħmlu ftit mistoqsijiet ta` kjarifika dwar il-kwistjoni tal-abort fuq Live-Stream iżda sa` issa ma aċċettawx. L-aħħar risposta ta’ dan il-partit demokratiku li kellna permess ta` email kienet “għalissa inħaluwha”.
Ara il-filmat