Waqt intervista ma’ PM News Malta il-membru Parlamentari l-Onor. Alex Borg spjega x’wasslu li jivvota kontra l-emenda ta’ l-IVF. Borg qal li għalkemm għadu żagħżugħ għandu prinċipji sodi u ser jibqa’ jemmen fihom. Kienu diversi żagħżagħ li bagħtu messaġġi lill Borg sabiex juru l-appoġġ tagħhom għad-deċiżjoni li kellu jieħu hekk kif għadu jibda il-karriera tiegħu fil-parlament u għalhekk ma kienitx faċli li jmur kontra l-kurrent.
Borg qal li ladarba din l-emenda għaddiet kull ma jkun jeħtieġ huwa sempliċiment ” legal notice” jekk ser jiżdiedu l-kundizzjonijiet ġenetiċi mad-disa’ li hemm bħalissa u dan jaf jkun ta’ weġgħa għall nies li għandhom diżabilita’ u jaf jħossuwom esklużi mis-soċjeta’.
Segwi l-filmat biex tara l-intervista.
One thought on “Bil-filmat-L-Onor. Alex Borg jaqsam it-tħassib tiegħu rigward l-emenda ta’ L-IVF”
66 deputat ghazlu sistema li kienu ivvintaw in-nazisti ta’ Hitler.
66 deputat ghazlu sistema li kienu ivvintaw in-nazisti ta’ Hitler.