Bil-Filmat – Norman Lowell – Jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar l-abort.

Wara il-votazzjoni riċenti favur  Emenda tal-IVF fejn embrijuni b’difetti ġenetiċi se jiġu ffriżati għal dejjem u fejn dawk biss b’inqas jew mingħajr difetti ġenetiċi li eventwalment ser jiġu introdotti fil-ġuf, dan qajjem diversi opinjonijiet differenti fis-soċjetà inġenerali ħafna minnhom jgħidu dak li kien jgħid Norman Lowell u ma kienx aċċettat u kkundannat dak iż-żmien pero` illum ġie aċċettat u aċċettat mill ħafna kif ukoll mill-parlament kollu ħlief għal tlett membri parlamentari, dan iwassal biex jinftiehem li l-maggoranza tal-poplu Malti jaqbel ukoll ma din l-emenda għax wieħed jifhem li l-Parlamentari huma rappreżentanti tal-poplu u qed jaġixxu f’isem il-poplu. Anke xi tobba qed jiddefendu din l-emenda kif wkoll il-partit (ADPD) li mhux fil-parlament iżda wkoll ha pożizzjoni favur, u dan intqal mill-kandidata li tirrapreżentah, Sandra Gauci.
Norman Lowell jgħid li ma jaqbilx ma l-abort u li huwa oppożizzjoni għall-introduzzjoni tal-abort ħlief fi tlett ċirkostanzi, fejn waħda minnhom hija forma ta’ diżabilità serja. Jgħid ukoll li dawk li qed jippromwovu l-abort għal kulħadd għandhom saħansitra il-widna tal-Prim Ministru għax irid jiddiskuti l-abort. Żied jgħid li għax irid li l-abort jidħol biss f’dawk it-tlett ćirkostanzi qed jigi inpinġi bħala monstru. Bħal li kieku qed jistaqsi min huwa il-monstru veru ?
Isma’x’kellu xi jgħid Norman Lowell-