Bil-Filmat – Raġel jisraq gradilja min fejn jgħaddi l-ilma min triq pubblika ġewwa Għajn Qajjet Rabat.

Is-Sindku tar-Rabat Malta is-Sur Sandro Craus jikteb hekk wara filmat ta` xi ħadd jisraq il-gradi u mhux biss seraq iżda ukoll seta` weġġa lill xi ħadd u inħoloq inċident.

Għajn Qajjet Rabat
“Ma nistax nifhem xi stonku jrid ikollok!! Jinsterqu l-gradi minn fejn jgħaddi l-ilma tax-xita u min kien ħalla t-toqba fonda metru mikxufa. Seta’ miet xi ħadd faċilment. Grazzi min irraporta fil-pront, il-ħaddiema tagħna mmexija minn Pawlu Tanti u lil Joe Tanti l-Merill li tagħna l-gradi biex nagħmluhom fil-post fil-pront. Dan il-filmat li jkexkxek għaddejnieh lil Pulizija”.