Bil-Filmati-Rally mtella’ Favur l-Abort

Rally oħra illum ġiet mtella’ mill-Pro Choice, Doctors for choice u diversi organiżżazzjonijiet oħra fosthom NGO’s u l- Moviment Graffiti ,fejn dawn bdew minn fejn Kastilja u baqgħu mexjin lejn il-ġnien ta’ Hastings ġewwa l-Belt Valletta. Mal wasla fil-ġnien kien hemm diversi kelliema li taw id-diskors tagħhom.
Fost il-kelliema kien hemm il-Professura Stabile Ġinekologa.
 Din qalet li ftit tal-ġimgħat ilu xtrat pilloli għall abort minn fuq l-internet u din uriethom lill dawk preżenti waqt ir-Rally. Stabile fetħet il-pakkett li kellha f’idejha u uriet kif wieħed jibla l’ pillola. L-udejnza preżenti ċapċpu hekk kif din belgħat il-pillola quddiem kulħadd. Hija temmet billi qalet li din hi faċli sabiex issir u li l’uniku ħaġa li tara huwa d-demm ħiereġ mill vaġina. (8:25 fil-vidjow)