Bil-Filmat-Rally mtella’ mill Pro Life

Illum ġewwa l-Belt Valletta f’pjazza La Vallette, ittelgħat Rally organizzata minn Abortion in Malta not in my name, Pro Life kif ukoll għaqdiet differenti kontra l-abort.
Fost il-kelliema ewlenin kien hemm il-Professur Butiġieġ li huwa ġinekologu għall diversi snin kif ukoll għalliem kemm f’pajjiżna kif ukoll barra minn xtutna. Profs.Butiġieġ qal li mhux minnhu li meta l-omm tkun fil-periklu tal-mewt ma jkunx hemm assistenza sabiex tiġi ssalvagwardjata kemm il-ħajja ta’ l’omm kif ukoll dik tat-tarbija iżda dan diskors  li qed jingħad minn dawk favur l-abort u li huwa biss skuża sabiex jiddaħħal l-abort ġewwa pajjiżna.  Hu qal f’dawn l-aħħar tnax-il-sena welldu 45,000 mara u li l-ebda waħda ma’ tilfet ħajjitha minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħu waqt it-tqala.

“Il-ħajja ta’ l-omm m’hijiex mgħedda mingħajr l’abort, huwa l’abort li jgħedded dik il-ħajja li aħna niġġieldu biex nsalvaw”-Profs. Butiġieġ.

Hu tenn jgħid li bħalissa hemm propoganda sħiħa fuq l-istudenti ta’ Universita’ u li din mhux ġlieda sottili iżda li trid tkun miġġielda b’determinazzjoni.
“Jekk ma’ rridux li dan il-pajjiż jkompli jinżel fid-drenaġġ li niżel, irridu nqumu qawma fuq tagħna u noqogħodu b’seba’ għajnejn.” qal Profs. Butiġieġ.
Kelliem ieħor waqt din ir-Rally kien il-President tal-Partit Popolari s-Sur Karmenu Borg. Huwa beda d-diskors tiegħu billi qal li l-preżenza ta’ dawk li attendew hija lil hinn mill-partiti politiċi, iżda difiża favur il-ħajja.

” Din hija ġlieda spiritwali” Is-Sur Karmenu Borg

Huwa żied jgħid li għalkemm jista’ jkun li huma ftit dawk li huma kontra l’abort xorta m’għandomx jaqtgħu qalbhom sabiex jiddefendu dak li hu sewwa.
“Il-poplu Malti dejjem kien poplu li ħa ħsieb il-vulnerabbli.” qal Borg.
Is-Sinjura Tania Gauci Fiorini tkellmet f’isem il-Partit Abba.Hi qalet li jekk tgħaddi l-liġi sabiex jinqatel fetu fil-ġuf dan jista’ jwassal għall kull tip ta’ qtil.

” Jekk il-liġi hija kriminali minnha’n fiha, kif qegħdin nħallu lill dawn il-qattiela jiddiskutu u jħajjru biex jagħzlu u jeqirdu l-ħajja ?” Tania Gauci Fiorini

Gauci Fiorini qalet li diġa’ hemm kawża miftuħa fil-qrati Maltin għaliex din hi ġlieda fejn għandha ssir ġustizzja xierqa.
“Il-Knisja nisranija qegħda verament tkun vuċi favur il-ħajja ta’ l-innoċenti ?” staqsiet Gauci Fiorini.
Segwi il-filmat sabiex tara id-diskorsi tal-kelliema preżenti.

 

 

Klikkja Hawn għall filmat