Bil-filmati – Hemm bżonn ta’ klarifika dwar il-policy “Il-partiċipazzjoni tal-għalliema fi programmi tal-media fil-kapaċità professjonali tagħhom”.

Sandra Gauci, fil-Podcast Episodju 78, meta kienet qed titkellem dwar il-Policy, Participation of Educators in Media Appearances in Their Professional Capacity, riedet tagħmel klarifika qalet li, skont dak li qalulha wara li staqsiet lil min huwa inkarigat, ma għandekx għalfejn titlob permess jekk mhux se titkellem “bħala Sandra Gauci li tgħallem f’dik l-iskola jew bħala Sandra Gauci li hija għalliema ta’ dik l-iskola tat-Taljan. Hemmhekk iva, imma jekk inti se tmur bħala Sandra Gauci bħala ċittadina, tista’.” Kompliet tgħid: “Sabiex nagħmilha ċara, min ħareġ biha hekk qalulha.”

Dan jidher li huwa differenti mill-verżjoni li ppreżenta l-Executive Head tal-UPE, Graham Sansone, kif ukoll għalliem Stephen Florian, li ma setax jattendi għal wieħed mill-podcasts organizzati minn PMnews Malta minħabba din il-politika. Florian kien wieħed mill-mistiedna tagħna, iżda ma setax jattendi għaliex skond huwa għax huwa għalliem u kien obbligat skont politika ġdida li tobbliga lill-għalliema javżaw minn qabel jekk ikunu mistiedna għal podcast, programm fuq ir-radju, jew xandir ieħor. Huwa qalilna li kien infurmat b’notice qasira u ma lahaqx bagħat l-avviż meħtieġ lill-awtoritajiet biex ikun jista’ jattendi.
Matul il-programm, kellna wkoll telefonata online minn Graham Sansone, li spjega s-sitwazzjoni u ta aktar dettalji dwarha. Huwa qal: “Il-gvern b’din il-politika qed jagħmel sarima ma’ ħalq l-għalliema.” Żied jgħid li din il-kwistjoni issa tinsab quddiem l-Ombudsman, li huwa mistenni jagħti deċiżjoni u jiggwidana lejn soluzzjoni għall-futur.
@pmn_maltaEpisodju 70 ta’ ‘Il-Politiku,’ mistieden Graham Sansone li huwa Executive Head tal- (UPE) Union of Professional Educators. Għal dawk li jixtiequ jaraw il-filmat, tista’ ssegwi l-episodju sħiħ illum fuq Patreon ta’ PMN Malta, jew b’xejn minn nhar it-Tnejn, 11 ta’ Novembru, fuq il-kanal ta’ PMN Malta fuq YouTube fis-20:30.♬ original sound – PNM MALTA
Graham Sansone, meta ġie f’wieħed mill-podcasts tagħna fil-podcast “Il-Politiku” fl-episodju 70, u meta mistoqsi mill-preżentatur Malcolm Seychell dwar id-direttiva, qal li din id-derivattiva tikser id-drittijiet tal-għalliema. Huwa esprima tħassib serju dwar id-direttiva u spjega li din tikser ukoll id-dritt kostituzzjonali tal-edukaturi. Ara l-filmat hawnhekk anness.
Aħna fittxejna iktar informazzjoni u sibna li l-Fakultà tal-Edukazzjoni esprimiet ukoll tħassib rigward din id-direttiva.
Fil-konklużjoni tagħna, aħna naħsbu li ikun ta’ ġid jekk id-Director General tal-Servizzi Edukattivi joħroġ stqarrija u jagħmel klarifika dwar dak li qed jintqal, kif ukoll jekk xi punti mhux ċari jiġu spjegati sabiex din il-problema tkun solvuta u ma jkunx hemm problemi bħal dawk li esperjenzajna meta għamilna l-podcast u l-istidna sfaxxat b’nuqqas ta’ kontribut minħabba din id-direttiva. L-għalliem kien qed jifhem li kellu jagħmel xi permess, għalkemm it-topik ma kellux x’jaqsam ma dak li huwa jgħallem. Dan imur kontra dak li spjegat fil-podcast ta’ Sayan Cassar, il-Kap tal-ADPD, fejn qalet li din tapplika biss fejn wieħed ikun sejjer jirraprezenta l-iskola tiegħu u s-suġġett tiegħu.
Aħna naħsbu li hemm bżonn ta’ klarifika oħra għaliex il-kwistjoni qed tħallina b’kunfżjoni li għandha tiġi solvuta.