Bil-Filmat, is-Sindku jaħrab milli jikkumenta waqt protesta ta’ “Residenti Beltin”

Illum 13 ta’Ġunju, PM News Malta waqt li kienet għaddejja l-protesta prova jieħu kumment mis-Sindku tal-Belt, is-Sur Alfred Żammit, iżda dan ma kellux x’jikkumenta għaliex baqa’ għaddej fi triqtu.
Dan ġara waqt li bosta residenti Beltin tellgħu protesta quddiem il-Kunsill Lokali tal-Belt sabiex jwasslu l’ilmenti tagħhom rigward storbju eċċessiv f’ħinijiet mhux xierqa, użu ta’ mwejjed u siġġijiet li jimblukkaw il-bankini kif ukoll qed jtellgħu petizzjoni biex jsir Ċentru Ċiviku għar-residenti tal-lokal fost l-oħrajn.


Għaldaqstant bgħatna stedina lill Kunsill sabiex nistiednu lis-Sindku jew rappreżentant tal-Kunsill sabiex jieħdu sehem fil-programm ta’ nhar l-Erbgħa li jixxandar fuq il-paġna tagħna ta’ FaceBook fis-6pm, fejn magħna b’kollegament dirett ser jkollna rappreżentant tal-Partit Residenti Beltin biex niddiskutu aktar.

One thought on “Bil-Filmat, is-Sindku jaħrab milli jikkumenta waqt protesta ta’ “Residenti Beltin”

  1. I totally support Residenti Beltin and the citizen residents who are speaking out about the take-over of public space by commercial interests in Valletta. We residents are now unable to move around the streets and squares of Valletta in safety and comfort because commercial enterprises are making profit from the use and abuse of public space. Now the new law extending hours for outdoor music on seven streets is so vaguely drafted that it is unenforceable and means that commercial enterprises now intrude into residents’ private space as well, preventing them from coping with daily living.

Comments are closed.