Bil-filmat – Persuna tidher tivvandalizza numru ta’ karozzi.

Wara li dalgħodu rrapurtajna dak li qalet Maruska Aquilina meta xi ħadd ivvandalizzat il-karozza tagħha, xi ħadd ieħor bagħtilna post ieħor li din id-darba ttella’ fuq il-midja soċjali minn mara oħra.
L-inċident seħħ fis-satra tal-lejl fi Triq il-Qaddiefa, il-Marsa. Fil-filmat tidher persuna tivvandalizza numru ta’ karozzi.