Bir-Recording – Cyrus Engerer Jiżvela li Joseph Muscat Kien tah parir sabiex ma jattendiex għall-Velja ta’ Daphne Caruana Galizia

Il-Każin fuq it-Tokis – Ilbieraħ, waqt ir-rekording tal-programm popolari Il-KAŻIN immexxi minn Jon Mallia li jinwera kull nhar ta’ Ġimgħa fid-20:40 fuq tokis fuq il-GO.  Cyrus Engerer għamel dikjarazzjonijiet li qanqlet kontroversja. Cyrus Engerer, li kien qed jippreżenta ruħu bħala persuna parti u wieħed mill-fundaturi tal-partit Il-Progressivi, stqarr li kien  l-ex Prim Ministru Joseph Muscat tah parir sabiex ma jattendix għall-velja kommemorattiva ta’ Daphne Caruana Galizia.

Aħna ta’ PMnews Malta li konna bħala parti mill-udjenza preżenti fis-sala, f`dak il-mument li ġie svelata din l-istorja dak il-ħin osservajna reazzjoni mħallta fost l-udjenza kif ukoll fil-panel. Wara l-programm, kellimna lil Engerer biex jikkummenta aktar dwar din l-istqarrija u illum ġibna recording dettaljat tal-kliem tiegħu fejn elabora fuq l-inċident u ċ-ċirkostanzi li wasslu għal dan il-pass.

Ir-rekording tal-konversazzjoni huwa disponibbli fuq il-pjattaformi tagħna ta’ YouTube dan sabiex is-semmiegħa jifformaw l-opinjoni tagħhom b’mod informattiv. Segwi PMnews Malta għal aktar żviluppi dwar din il-kwistjoni kontroversjali.