Birżebbuġa-Konferenza-ADPD

Ir-residenti ta’ Birżebbuġa ma jifilħux aktar! Il-PLPN moħħom biss li jiksbu l-poter akkost ta’ kollox- ADPD

F’konferenza ta’ l-aħbarijiet il-Ħamis filgħodu, kelliema ta’ ADPD – The Green Party saħqu li l-lokalità ma tistgħux tibqa’ tkun ibbumbardjata minn proġetti ġodda li jkompli jnaqqru il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. Ir-residenti ta’ Birżebbuġa ma jifilħux aktar!

L-aħħar attakk hija it-trakka tat-tlielaq tal-karozzi liema proġett ġie mgħaġġel il-ftehim dwaru bħala parti mill-wegħdiet elettorali. Dr Melissa Bagley, residenta ġewwa Birżebbuġa, Deputat Segretarju Ġenerali ta’ ADPD – The Green Party u kandidata f’isem l-ADPD fuq il-5 Distrett Elettorali li minnu jagħmel part Birżebbuġa qalet li l-proposta tal-Gvern tura nuqqas ta’ sensittivita u ħarsien tal-ġid tar-residenti f’Birżebbuġa. Il-livell akustika li se jkun ġenerat minn dan il-proġett se jkollu impatt ukoll fuq żona ta’ importanza ekoloġika li hija biss 600 metru il-bogħod.

Iċ-Chairperson tal-ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo

Il-proposta ta’ trakka tat-tlielaq tal-karozzi f’Ħal Far se tkompli żżid mal-ħsejjes li Birżebbuġa jkollha l-ħin kollhu – ibda mill-ajruplani li fl-inżul tagħhom lejn l-ajruport jgħaddu minn fuq Birżebbuġa, kif ukoll il-ħsejjes kontinwi mill-operat tal-Freeport Terminal. Iż-żona proposta għat-trakka diġà tintuża fi tmiem il-ġimgħa bil-ħsejjes jinstemgħu sa Ħal Kirkop u Ħal Safi. Xi drabi dan jibqa’ sejjer sa tard bil-lejl, ġieli anke sa xis-2am.

Jidher li dan il-proġett flimkien ma’ oħrajn bħalma huwa il-mitjar żgħir għall-model aircraft f’Wied Żnuber kif ukoll xniegħat ta’ aktar żviluppi min-naħa tal-Freeport qiegħed iwassal biex Birżebbuġa tinsab imdawwra minn storbju minn kull naħa… “Ir-residenti ta’ Birżebbuġa ma jifilħux aktar!”, temmet tgħid Bagley.

Iċ-Chairperson tal-ADPD – The Green Party Carmel Cacopardo insista li l-ebda sit f’Malta ma tista’ tiġi kkunsidrata tajba għal trakka tal-karozzi mingħajr ma toħloq inkonvenjent esaġerat lir-residenti jew ħsara lill-ambjent jew it-tnejn. Malta hija żgħira. “Iktar ma naċċettaw dan malajr ikun aħjar għal kulħadd. Kulħadd għandu jifhem li m’hemmx lok għal proġetti bħal dawn. Parti minn tort żgur huwa in-nuqqas ta’ ippjanar li kellna tul is-snin u li issa qegħdin inbagħtuh illum.”

“Ir-residenti ta’ Birżebbuġa ma jifilħux aktar!”, Dr.Melissa Bagley.

“Huwa importanti li żoni li ġew iddikjarata bħala barra mill-iżvilupp (ODZ) jibqgħu hekk akkost ta’ kollox. ADPD kemm-il darba talbet ukoll biex il-kunsilli lokali jkunu iktar involuti fil-ħarsien tal-ftit żoni ħodor li fadal f’pajjiżna.”

“Il-kunsilli lokali għandhom ikollhom il-poter li jwaqqfu żvilupp f’żoni ODZ sew direttament jew bis-saħħa ta’ referenda lokali. Dan ikun eżempju ta’ kif jiġi imħaddem il-prinċipju tas-sussidjarjetà fil-prattika – bid-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista’ jkun viċin dawk li se jkunu l-aktar milquta’ mill-istess deċiżjonijiet. Proġetti ta’ ġid nazzjonali jsiru biss bl-approvazzjoni tal-parlament.”

“Il-politika tal-ambjent għanda tagħraf li aħna nifformaw part minn ekosistema li hemm bżonn inħarsu għal ġenerazzjonijiet futuri. Madankollu gvernijiet wieħed wara l-ieħor raw biss sa mneħirom billi taw każ x’hemm bżonn illum mingħajr l-ebda ħsieb tal-futur.”

Huwa għalhekk li ADPD qegħda titlob li l-prinċipji ambjentali fil-kostituzzjoni jistgħu jkunu suġġetti għal kawżi fil-Qorti fejn il-Gvern jkun mġiegħel jieħu azzjoni jekk dan jkun naqas li jagħmel dan fejn meħtieġ.

“Jkunu biss il-Membri Parlamentari ta’ ADPD fil-parlament li jmiss li jistgħu jżomm ir-riedni għal dak li hu għaddej bħalissa. Il-PLPN jidher li flok jaraw li jħarsu il-kwalità tal-ħajja tar-residenti moħħom biss li jiksbu l-poter akkost ta’ kollox,” temm Cacopardo.

PR17/03/2022

Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibgħat email- [email protected]