Boroż suwed jibqgħu ma jinġabrux ġewwa Ħal Qormi

Residenti Qriema li jgħixu fi Triq Mikiel Anton Vassalli, kkuntattjaw lill PM News Malta biex juru d-diżappunt u frustrazzjoni li ilhom għaddejin minnu għal-dawn l-aħħar ġimgħat.

Persuna nfurmatna li l-boroż is-suwed mhux qed jinġabru minn ħdejn residenza partikolari u qed jitħallew fuq il-bankina. Din il-persuna qaltilna li spiċċat b’ammont sostanzjali ta’ boroż suwed mimlijin skart ġol-bitħa tagħha għax ma tafx x’ser taqbad tagħmel. Meta staqsejna x’ kienet ir-raġuni , hi wieġbet li min jiġbor l’skart qalla li qed jkollha wisq boroż u li ma kienx lest jieħu l-boroż kollha li toħroġ. Ta min wieħed jinnota li apparti li din hi familja mdaqqsa għanda ukoll annimali domestiċi u ovvjament bilfors jkollhom ammonti sostanzjali ta’ skart. Ġie nfurmat ukoll il-kunsill lokali fuq dan il-każ bosta drabi u minn informazzjoni li għandna ġie kkomuikat lill din il-persuna sabiex il-boroż tħallihom barra għax ser jinġabru.

Jekk dawn il-boroż jibqgħu ma jinġabrux, il-banika ser tibqa ostakolata minn dan l-skart u jista’ jikkawża saħansitra nkonvenjent għal ġirien u għal min jkun għaddej minn hemm.

Għalkemm ħarġu bosta regolamenti, qed jiġi nnutat kif min hu responsabbli rigward dan il-ġbir ta’ l-skart qed jispiċċa joħloq probemi hu stess sabiex jkun hemm konformita’ ma dak li qed jiġi stabbilit mil-awtoritajiet.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *