Bosta purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira ikkanċellati minħabba t-temp
It-temp ħażin ħalla impatt negattiv fuq diversi purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira u numru ta’ purċissjonijiet kellhom jitħassru. Oħrajn kellhom ibiddlu r-rotta minn fejn tgħaddi l-purċissjoni.
Diversi Knejjes se jkunu miftuħin fejn ikun hemm esposti għall-wiri d-diversi vari tal-Ġimgħa l-Kbira, li filhom infushom huma kapulavuri artistiċi ta’ uħud mill-aqwa statwarji.
Fost dawk li kkonfermaw li l-purċissjoni fil-lokalità tagħhom mhijiex se tkun qiegħda toħroġ hemm Naxxar, l-Isla, iż-Żejtun, ir-Rabat Malta u r-Rabat Għawdex kif ukoll iż-Żebbuġ Għawdex.
Oħrajn ikkonfermaw li l-purċissjoni se tkun qiegħda ssir xorta b’tibdil ta’ rotot u iqsar bi prekawzjoni minħabba r-riħ fosthom hemm ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta , Bormla u n-Nadur Għawdex.
Min jixtieq jagħmel kuntatt magħna jista’ jibagħat email fuq : [email protected]