BOV, l-ishma l-ġodda tal-2017 u l-qerq kbir tad-Deiulemar- Cassola

Fi stqarrija għall-istampa, Arnold Cassola Kandidat Indipendenti jgħid li ,
“Fl-2014 il-BOV tressaq il-Qorti mill-vittmi ta’ Torre Annunziata tad-Deiulemar Trust.
   Sena wara sena, l-BOV saħaq mal-azzjonisti tiegħu li ma kien għamel xejn ħażin u li kellu każ legali b’saħħtu.
    Fl-2017, id-diretturi tal-BOV wettqu l-ogħla livell ta’ qerq. F’dik is-sena offrew lix-shareholders ishma ġodda bil-prezz ta’ 1.43 ċenteżmu kull sehem.
   F’dik l-okkażjoni d-diretturi tal-BOV ħbew il-gravità tal-kwistjoni Deiulemar u komplew bil-bejgħ tal-ishma ġodda. Ftit wara li nxtraw l-ishma l-ġodda, l-ishma bdew jitilfu mill-valur tagħhom.”
  Cassola qal li l-Bord tad-Diretturi tal-2017 tmejjel bin-nies u li kienu jafu bil-kwistjoni kbira Deiulemar imma żammewha moħbija.
   ” Skond  il-prospett 2017 ,il-fatturi ta’ riskju kienu ġeneriċi ħafna u ma kien hemm l-ebda referenza għal dan il-każ, minkejja li kienu jafu bih.
     Barra minn hekk, l-awdituri tal-BOV ma rreferewx għall-enormita’ ta’ din il-problema u jidher li evalwawha bħala problema mhux wisq kbira fl-accounts tal-2017.
   Kien hemm tentattiv intenzjonat biex jinħbew l-affarijiet sabiex l-offerta tal-ishma l-ġodda tiġi sottoskritta bis-sħiħ.
   Każ ta’ qerq kbir li kważi huwa frodi.
    U issa wħud minn dawk l-istess diretturi tal-BOV tal-2017 qed jitolbu lill-azzjonisti biex iżidu l-emolumenti tagħhom.
     Sempliċement tal-mistħija. Huma m’għandhom l-ebda idea ta’ self-respect. ” temm Cassola.