Bawser bid-diesel jinqaleb fi Triq il-Moll tal-ħatab ġewwa l-Marsa wara nofs inhar. Ħaddiema tal-protezzjoni ċivili marru fuq l-post sabiex jassistu dan l-inċident.
Ammont kbir ta’ Diesel ħareg mill-bowser u spiċċa nfirex fit-triq filwaqt li ftit metri l-bogħod hemm il-baħar.
B’fortuna esperti qalulna li għalkemm l-bowser jista’ jkun mimli huwa diffiċli li kontenut joħroġ kollu minħabba li l-bowser jkun malgħuq minn fuq u jista’ joħroġ sakemm jilħaq il- main hole ( l-post minn fejn jimtela.)
Il-kundizzjoni tax-xufier tal-bowser għadha mhix magħrufa. Huwa ittieħed l-isptar għall-kura.